La titlaqnix
Ejjew ninsew
Kollox jintesa
li għosfor diġà
Ninsew iż-żmien
meta ma ftehemniex
u ż-żmien moħli
ejjew nagħrfu
ninsew is-sigħat
li ġieli jsammru
imsiemer għalfejn għaliex
f'qalb is-serħan
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
Jiena kieku noffrilek
perli ta' xita
minn pajjiżi
fejn xita qatt m'għamlet
Sa wara mewti
nħaffer fl-art
biex niksilek ġismek
bid-deheb u d-dawl
U noħloq renju
fejn l-imħabba hija r-re
fejn l-imħabba hija l-liġi
u inti r-reġina
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
Nista' noħloq
kliem bla sens
li inti tifhem
U nkellmek naqra
dwar dik il-koppja jinħabbu
li darbtejn raw
qlubhom jitwaħħdu
U nirrakkontalek
il-ħrafa ta' dak ir-re
li miet imnikket
għax qatt aktar ma kien se jilmħek
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
Ġieli ġara
li jerġa' jitkebbes
in-nar ta' vulkan
li tqies xiħ wisq
U ġara li
mill-art maħruqa
nibtu aktar għelejjel
milli fl-aqwa April
u meta l-jum dalam
is-sema ħa n-nar
u l-iswed u l-aħmar
jiżżewġu qatt m'huma sejrin
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
Ma nersaqx aktar lejk imbikkem
Ma nersaqx aktar lejk nitkellem
Immur nistaħba
biex nittawwallek
tiżfen u titbissem
biex nisimgħak
tkanta u mbagħad tidħaq
Ħallini nsir
id-dell ta' dellek
id-dell ta' idek
il-dell tal-kelb tiegħek(*)
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
La titlaqnix
(1959)
(*) Nota: Jew "Il-kelb tad-dell tiegħek" minflok...
(traduzzjoni fidila tal-lirika tas-silta ċelebri ta' Jacques Brel "Ne me quitte pas")
Il-lirika oriġinali bil-Franċiż
Traduzzjoni ħielsa għall-Ingliż ta' Rod McKuen, interpretata matul is-snin minn diversi artisti fosthom Frank Sinatra, Nina Simone, Shirley Bassey, Scott Walker u Marc Almond
Sunday, 11 February 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
sa fl-ahhar qtajt il-kurzita`... ma nafx akka franciz pero` stajt nimmagina fuq hiex kien ikanta brel mill-mod ta' kif jinterpreta d-diski... ma tantx mort zmerc...
kuntent li qtajtlek il-kurżita... ghalhekk qieghed hawn jien... x'iktar trid tkun taf?
domanda wahda ohra kelli imma rrispodejtha meta tellajt dan il-blogg gdid :)
Post a Comment