Qlubna jistkennu għas-sħana
għajnejna jegħrqu fil-birra
fil-bar favorit tagħna
ma' sieħbi Joe
u ma' sieħbi Pawlu
nixorbu għalenija fl-aqwa ta' żgħożitna
Joe jistħajjel li hu xi filosfu
u Pawlu mingħalih xi Casanova
U jien, jiena l-iktar kburi fosthom
nistħajjel lili nnifsi lili nnifsi
U meta, lejn nofs il-lejl naraw jgħaddu l-avukati
ħerġin mil-lukanda "Tliet Faġani"
nikxfu sormna u bil-manjieri kollha
inkantawlhom
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jiblieħu
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jib...
Qlubna jistkennu għas-sħana
għajnejna jgħumu fil-birra
fil-bar favorit tagħna
ma' sieħbi Joe
u ma sieħbi Pawlu
konna mmorru naħarqu għalenija l-aħħar paġni ta' żgħożitna
Il-filosfu kien jiżfen qisu l-kappillan
u Casanova ma kienx jittanta jipprova
U jien, jiena li bqajt l-iktar kburi fosthom
kont nisker sakemm insir daħna
U meta, lejn nofs il-lejl kienu jgħaddu l-avukati
ħerġin mil-lukanda "Tliet Faġani"
konna nikxfu sormna u bil-manjieri kollha
inkantawlhom
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jiblieħu
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jib...
Qlubna trankwilli
għajnejna ankrati
fil-bar tal-lukanda "Tliet Faġani"
mas-Sur Joe
u mas-Sur Pawl
ngħaddu ż-żmien ma' l-avukati
Joe jitkellem dwar il-filosofija
u Pawlu dwar Casanova
u jien, jiena li nibqa' l-iktar kburi fosthom
nibqa' nitkellem dwari nnifsi
u Sur Kummissarju, huwa għal dak il-ħin lejn nofs il-lejl
meta nkunu sejrin lura lejn id-dar
li mill-bieb ta' dak il-bar xi tfal ma jkollhomx x'jagħmlu
jikxfu l-warrani u joqogħdu jkantawlna
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jiblieħu
Il-borgiżi qishom ħnieżer
iktar ma jixjieħu iktar jib...
(1964)
Il-verżjoni oriġinali
Friday, 16 February 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment