Mama, waslet is-siegħa
mur itlob għalija
Matilda reġgħet ġiet
Spiru, ħallik mill-inbid
il-lejla se nixrob l-inkwiet
Matilda reġgħet ġiet
Agħjtilha s-seftura, agħjtilha waħda
jekk jogħġobha tbiddel il-lożor
Matilda reġgħet ġiet
Ħbieb, tħallunix waħdi
il-lejla terġa' tqum il-battalja
Matilda l-kiefra se terġa' magħna
Qalbi qalbi tħabbatx daqshekk
agħmel taparsi ma taf b'xejn
li Matilda reġgħet ġiet
Qalbi ħa ddum tewden
min jaf kemm sbieħet
Matilda li reġgħet ġiet
Qalbi żomm sod
ma tiftakarx kif kienet farrkitek
Matilda li reġgħet ġiet
Ħbieb, tħallunix waħdi
għiduli mmur nistaħba
Matilda l-kiefra se terġa' magħna
U intom, idejja, ikkalmaw
qed jiġuni tant tifkiriet
Matilda reġgħet ġiet
U intom, idejja, ssawtuhiex
tindaħħlux fejn ma jmisskomx
Matilda reġgħet ġiet
U intom, idejja, tirtogħdux aktar
ftakru kif lqajtu l-bikja tiegħi
Matilda reġgħet ġiet
Intom idejja, tinfetħux
Intom dirgħajja, tiġġebbdux
L-imbierka Matilda se terġa' magħna
Mama, għalxejn titlob
ibnek ikkundannat
Matilda ġietni lura
Spiru, ġibli l-inbid
mit-tajjeb nett ħa niċċelbra
Matilda ġietni lura
Agħjtilha s-seftura, agħjtilha waħda
għidilha tagħmel is-sodda fil-kamra
Matilda ġietni lura
Ħbieb, tgħoddunix magħkom iżjed
għal darb'oħra quddiem bieb is-smewwiet
L-isbejħa Matilda se terġa' magħna, se terġa' magħna
(1964)
Din is-silta tolqotni kif tħallat ton ta' ċelebrazzjoni ma' ton ta' niket u rassenjazzjoni, sal-punt li ż-żewġ estremi jitwaħħdu u ma tistax tifridhom.
Jacques Brel
Interpretazzjoni bl-Ingliż ta' Scott Walker mill-1967
Thursday, 15 February 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment