Ara ġibtlek ftit ħelu
għax il-fjuri jmutu
u l-ħelu tajjeb wisq
anke jekk il-fjuri jfuħu
speċjalment meta jkunu se jwarrdu
iżda ara ġibtlek ftit ħelu
Nittama li nkunu nistgħu nippassiġġaw
li l-mama tiegħek ma tgħidli xejn
Nistgħu mmorru naraw il-ferroviji
Fit-tmienja niġi għalik
X'temp sabiħ għal dan iż-żmien tas-sena
Ara ġibtlek ftit ħelu
Li kieku taf kemm inħossni kburi
li jkolli lilek mdendla minn idi
In-nies iħarsu minn taħt il-għajn
Uħud anke jidħqu wara dahri
Id-dinja mimlija brikkuni
Ara ġibtlek ftit ħelu
Użgur li Germaine mhix twajba daqshekk
Użgur li Germaine mhix isbaħ minnek
Vera li Germaine għandha xagħarha aħmar
Vera li Germaine hija krudili
Taf, għandek mitt elf raġun
Ara ġibtlek ftit ħelu
Arana fil-pjazza l-kbira!
Fil-kjosk qed idoqqu l-Mozart
imma għidli naqra jekk kienet biss b'kumbinazzjoni
li qed nara ġej lejna l-ħabib tiegħek Leon
Jekk trid inċedi posti
imma jiena qgħadt inġiblek ftit ħelu
Bonġu Sinjorina Germaine
Ġejt inġiblek ftit ħelu
għax il-fjuri jmutu
u l-ħelu tajjeb wisq
anke jekk il-fjuri jfuħu
(1964)
Test oriġinali ta' Jacques Brel. Din is-silta għandha żewġ verżjonijiet, bi kliem differenti. Din hija l-ewwel verżjoni, ta' l-1964. It-tieni verżjoni nkitbet tliet snin wara u n-narrattiva tkompli minn ta' qabilha.
Interpretazzjoni mill-isbaħ ta' Brel
Wednesday, 14 February 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment